L-Istrina qiegħda dejjem toqrob aktar, u bħalissa qed naraw diversi kontenut relatat ma’ din il-festa ta’ solidarjetà. Ftit ilu ppubblikaw biċċa minn intervista li kellu Mark Lawrence mal-E.T. Il-President Myriam Spiteri Debono.
Spiteri Debono tkellmet dwar L-Istrina u dwar iż-żmien ta’ inċertezza, fejn kienet tinkwieta dwar il-fatt li jiġu ppubblikati l-istejjer iebsin ta’ persuni differenti u jiġu esposti.
“L-Istrina… nirrakkuntaw is-sofferenzi tan-nies. U Jien kont nagħmlilhom, ‘Imma aħna qed nagħmlu sew? X’Jiġifieri nesponsuhom f’għajnejn kulħadd? Dawn qed nisfurzawhom?’… kien ikolli dawn il-mumenti… Illum le! Illum kemm fhimt lin-nies iktar! Fhimthom għaliex tibqa’ impressjonat kif mhux biss dawk li kellhom fejqan, anke dawk li xorta tilfu lill-għeżież, u din impressjonanti eh!”
Segwi aktar hawn taħt: