Mistoqsi minn Tim Diacono, ġurnalist ta’ Lovin Malta, is-CEO tal-LESA jgħid li nħarġu 1,300 multa fl-aħħar ġimgħa. “Baqalna x’naqdu b’mod kollettiv, aħna nixtiequ li ma jkun hemmx multi, għax aħna m’aħniex hawn biex nimmultaw imma ninfurzaw avviżi legali li joħorġu!” jgħid Svetlick.
Tim staqsa jekk persuna li jkollu maskra taħt imnieħru għandux ikun immultat mill-ewwel. “Ikun hemm ċirkostanzi li teduka, pero wieħed irrid jaġġixxi skont iċ-ċirkostanza. Ikollok każi ġenwini” jgħid fl-intervista.
“Il-bżonn tal-maskra kulħadd jaf kemm hu importanti! Aħna l-għan li nedukaw mhux li noħorġu l-multa!” – Svetlick Flores
Svetlick tkellem fuq l-użu tal-maskra fil-pubbliku, meta persuni jmorru jogging, segwi din l-intervista…