Bil-Filmat: Opportunità Tad-Deheb Għat-Tfal U Żgħażagħ Biex Jiffurmaw Parti Minn Kor Internazzjonali Malti

Il-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann qed toffri l-opportunità għal tfal u żgħażagħ bejn it-8 u 15-il sena biex jiffurmaw parti minn kor internazzjonali Malti. Wieħed mill-membri tal-kunsill tal-Fondazzjoni, Wilfrid Buttigieg, tkellem ma’ Gwida.mt f’intervista. Ara x’qalilna eżatt!





X’inhu l-għan tal-kor?

Dan mhux kor għat-tfal biex iktantaw waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Kon-Katidral. Huwa kor tal-Fondazzjoni, bil-għan li jgħolli l-livell b’mod internazzjonali u jagħti formazzjoni mużikali ħolistika. Aħna qed infittxu t-talent minn tfal esperjenzati kif ukoll tfal li għandhom talent u m’għandhomx esperjenza.



Fhiex jidħol Joseph Calleja?

L-idea sabet l-appoġġ u l-inkoraġġiment tat-tenur Joseph Calleja kif wkoll is-Soprano Gillian Zammit. Joseph emmen li hemm potenzjal kbir min-naħa tal-Fondazzjoni. Fil-fatt, fis-snin li ġejjin l-għan hu li l-kor ikun jista’ jsiefer u jkollu esperjenzi fuq livell internazzjonali mal-aqwa kori tat-tfal fid-dinja, bħall-Kor tal-Vatikan u l-Kor tas-Subien ta’ Westminster.

joseph

Allura x’se jkunu qed jagħmlu eżatt it-tfal u żgħażagħ magħżula?

It-tfal se jkollhom sessjonijiet ta’ taħriġ korali, sessjonijiet individwali ta’ taħriġ tal-vuċi, sight-singing, lezzjonijiet tat-teorija, lezzjonijiet tal-istorja tal-mużika u lezzjonijiet tal-pronunzja ta’ diversi lingwi. L-għalliema se tkun is-soprano Gillian Zammit u t-tfal se jkollhom ukoll workshops u masterclasses ma’ mużiċisti u kantanti mistiedna.

Meta se jsiru l-auditions?

L-auditions se jsiru fl-14, 15 u 16 t’Ottubru mill-4:00pm sal-5:00pm u s-17 t’Ottubru mill-10:00am sas-2:00pm, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

X’qed tistennew mit-tfal u ż-żgħażagħ waqt l-auditions?

Waqt l-audition it-tfal se jkollhom ikantaw biċċa a capella. Il-biċċiet li t-tfal se jdoqqu huma biċċiet diffiċli ħafna, kumplessi ħafna – irridu naraw mill-ewwel audition li din il-ħila mużikali qiegħda hemm b’mod naturali.

Kull min jixtieq japplika għal audition hu mitlub jibgħat email lil events@stjohnscocathedral.com u jinkludi dawn id-dettalji:

  1. L-isem tal-applikant
  2. Età
  3. Dettalji ta’ kuntatt tal-ġenitur/kustodju
  4. Edukazzjoni mużikali (jekk hemm)
  5. Esperjenza tal-prestazzjoni (jekk hemm)

Għal aktar informazzjoni, agħfas HAWNHEKK.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI