Spiċċa fit-tieni post tal-ewwel staġun ta’ X Factor Malta u minn hemm qatt ma ħares lura. Smajna diversi materjal mingħand Owen u issa kien imiss ħoss aktar kontemporanju mingħandu li għalkemm baqa’ leali għall-istil tiegħu, Owen għaqqas ir-rap flimkien mal-kant. Stil li żgur jolqot udjenza ikbar.
Hu ħareġ filmat mużikali b’direzzjoni ta’ Steven Levi Vella, bid-direttur tal-fotografija Randon Raw. Il-kanzunetta għandhom produzzjoni ta’ Matteo Depares b’mastering ta’ Howard Keith. Hawn taħt wieħed jista’ jgawdi l-filmat ta’ din il-kanzunetta ġdida ta’ Owen Leuellen.
Il-kantant u rapper lokali huwa parti wkoll mit-tim wara l-kanzunetta rebbieħa tal-Malta Junior Eurovision, kanzunetta li kitibha flimkien ma’ Cyprian Cassar u Matthew Muxu Mercieca, bl-isem ta’ My Home li ħa tkun qiegħda titkanta minn Ike u Kaya. Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Owen l-isbaħ xewqat. Nieħdu gost nisimgħu materjal mingħandu.