Ir-riħ qed jagħmel tiegħu u t-temp Xitwi ta’ bħalissa qed jinħass sew. Fuq il-paġna The Weather Page Malta ttella’ filmat ta’ mewġa enormi li tidher taħkem l-art ġewwa Marsalforn, Għawdex. Ħafna kkummentaw u qalu li ma tantx jieħdu pjaċir b’mewġ ta’ dan it-tip. Xi wħud qalu li l-mewġ f’Birżebbugia wkoll kien jidher aħrax.
It-temp għal għada hu mbassar li jikkonsisti f’riħ forza 4 għal 5 għal darb’oħra. Għada l-Erbgħa hemm ċans ta’ xi ħalbiet tax-xita kif ukoll silġ matul il-lejl li ġej. Skont Malta Weather jidher li l-inqas temperatura ser tinżel sa 8 fil-waqt li l-ogħla ser tkun dik ta’ 13.