Sewwieqa lokali qasmet filmat ta’ dak li ġralha waqt li qed issuq. Imnalla kienet pronta li tirreaġixxi għax grazzi għall-azzjoni f’waqtha ġie evitat inċident li seta’ kellu konsegwenzi gravi ħafna.
Hi tikteb, “Qed ntella’ hawn imbikkma! Qata’ minn dawk il-kbar setgħet seħħet traġedja kbira llejla imma nirringrazzja lill Alla dal-ġuvni għadu ħaj… Bluha taż-żgħożija imma jgħallmuk… Main road ġewwa Ħal Qormi, għaddejja għall-affari tiegħi, f’daqqa waħda ħareġ jagħmel il-famuża wheely! U ejjjaaaa! Moħħok hemm!”
Hi żżid, “Stajt ħallejtni ngħali u nibki llejla, u familtek tkissirha b’għemilek! Qed ntella’ forsi nitgħallmu minnha! U kull min għandu dal-famużi rota mutur jiftaħ għajnejh! Minn wheely telqitlu minn wara, qabdet tispra l-gass u tajritu minn fuqha. Mnalla ma kontx qed insuq għax allahares ġie taħt ir-roti tal-Hilux. Żagħżugħ, iftaħ għajnejk jekk jogħġbok! U ġenituri, uruhulhom dal-video, forsi nwasslu l-messaġġ li setgħet ġiet ħafna ħafna agħar minn hekk!”
Appell ġenwin u mill-qalb sforz il-qatgħa li ħadet! Imma tixtieq li twassal tagħlima lil dawk iż-żagħżagħ kollha li forsi jgħaddilhom ħsieb jagħmlu xi ħaġa simili. Oqogħdu attenti u ħudu ħsieb ħajjitkom!
Facebook / Anne Marie Micallef