Bil-Filmat: "Qgħadt Għall-Provi Kollha" – Mons. Victor Grech Tela' Għall-Eurovision

Mons. Victor Grech, magħruf għall-ħidma tiegħu bħala direttur tal-Caritas. Dan kien l-ewwel wieħed minn Malta li qatt attenda l-provi tal-Eurovision! Kien tela’ fl-1971, meta Malta ħadet sehem l-ewwel darba. Dak iż-żmien kien irrapreżentana Joe Grech! Mons. Victor Grech u Joe Grech huma aħwa! Kont taf?



<!– Advert ends in 0 seconds –> Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Joe Grech kellu dispjaċir wieħed biss li kien sejjer għall-Eurovision fl-Irlanda waħdu, iżda ħuħ mill-ewwel qallu li kien ser jitla’ miegħu. “Qgħadt għall-provi kollha” jgħid Mons. Victor Grech fl-intervista. Minjaf kemm kanta “Marija l-Maltija” minn wara l-Kwinti! 



Il-Kantant, Joe Grech tajjeb li ngħidu li għamel 30 sena voluntier mal-Caritas, fejn ħa ħsieb lix-xjuħ li kienu waħdihom. Nhar is-Sibt li ġej bejn nofsinhar u nofsillejl, fuq l istazzjonijiet telvizivi kollha se ssir il-Maratona ta’ mħabba biex jingabru flus għall-Caritas. Il-Caritas tixtieq tkompli tgħin lil dawk kollha li qed iffittxu l-għajnuna. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI