Bil-Filmat: Raħal Ġdid – Minn Knisja Parrokkjali Għal Bażilika Minuri

Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid għoliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Għal min forsi mhux intiż f’dan il-qasam, jaħseb li huwa biss titlu imma sejjer żball.

Meta titlu jingħata lil knisja, dan ifisser li jiżdied l-impenn spiritwali biex il-poplu jkollu aktar wens u għajnuna kif ukoll imħabba.





Forsi hemm min jgħid li huwa kliem fieragħ iżda żgur li m’huwhiex. Biżżejjed naħsbu f’dak li għaddejna minnu waqt il-pandemija tal-Covid-19 u kemm nies għaddew minn dwejjaq, u ħsiebijiet oħra.

Il-Knisja għandha l-irwol li tgħin lil kulħadd u tfittex lil dak li għandu bżonn u ma jrid jisimgħu ħadd. Hija miftuħa għal kulħadd!

Dan huwa titlu li jingħata mill-Papa Franġisku direttament. Insellmu lill-poplu Pawlist kollu kif ukoll lil Dun Marc Andre Camilleri li jħabbrek flimkien mal-kleru kollu! Awguri.

Ritratt: Facebook/ Marlon Galea



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI