Bil-Filmat: “Rajtek Trid Titkellem U F’Ħin Minnhom Teħel…” – Ħafna Emozzjonijiet Waqt Kuxjenza Ma’ Ivan Gaffiero U Neil Demarco

Neil Demarco

Il-preżentatur Ivan Gaffiero kontinwament jaqsam l-esperjenzi ta’ diversi persuni, speċjalment meta jkunu esperjenzi li kapaċi jispiraw u jħallu impatt. Il-laqgħa li kellu ma’ Neil Demarco waqt Kuxjenza qanqlitu immens.

Maria La Barokka Muscat qasmet filmat fejn Ivan jistqarr li emozzjona ruħu waqt li ra d-determinazzjoni f’Neil waqt il-programm biex jitkellem, għalkemm bid-diffikultajiet tiegħu.

“Vera emozzjonajt ruħi, għax ma kinitx faċli ħajti li llum qiegħed hawn. Meta nara lilek u rajtek trid titkellem u f’ħin minnhom teħel u hekk, ma nkunx irrid ngħinek, ma nkunx irrid ngħidlek jien il-kelma, għax iktar kienu jfixkluni.”

Ivan ikompli jindirizza lil Neil, li ħoloq anke ktieb tiegħu, u bi kliem onest ta’ tifħir, jurih li jemmen fih.

“Fik nara qed nara bniedem bravu, bniedem li ħa tasal, bniedem li ħa nisimgħu ħafna dwarek, u li jkollok bżonn ħa ngħinek minn qalbi.”

Segwu Kuxjenza nhar is-Sibt fil-17:30 fuq TVM+







Ritratti:

Facebook/ Maria La Barokka Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI