Il-Ministru Ian Borg huwa wieħed minn dawk li jħobb kull tip ta’ sport speċjalment dawk li fihom hemm xi sfida jew kompetizzjoni.

“L-ispirtu kompetittiv qiegħed ġo fija” jisħaq il-Ministru Borg. Hu juri s-sodisfazzjon li ġab miegħu dan l-investiment f’trakka ġdida ġewwa Ħal Far, li bosta qed igawdu minnha diġa’. “Irnexxielna nagħtu trakka tal-ogħla livell bi standards internazzjonali”.

Jispiċċa billi jħeġġeġ attenzjoni lid-dilettanti kollha li ħa jgawdu minn dan l-investiment u jsuqu fuqha – “Suqu bil-galbu u ħudu gost”.

Wara li rajna liċ-ċkejken Ayrton isuq fuq it-trakka l-ġdida ta’ Ħal Far, illum imiss li naraw lill-Ministru Borg iżanżan dan il-proġett!