Ron illejla ser ikun qed jippreżenta l-programm ġdid ‘Serataron’ fid-8:50pm fuq TVM. Irnexxielna nieħdu kumment mingħand Ron fuq il-kontenut tal-programm u l-involviment ta’ Jacqui Losco li aktarx ser tkun l-ispalla tiegħu fil-programm. Ron kien ftit misterjuż b’din it-tewġiba. Ara x’qalilna…
Jidher li l-kurżità ser inkunu nafuha mija fil-mija fil-programm tal-lejla. Iżda Ron jiżvela li ħa jkun hemm bosta affarijiet, elementi u mumenti “eye-candy” waqt il-programm.
Fil-programm tal-lejla jidher li ser ikun hemm mistiedna li qed tagħmel/jagħmel suċċess fuq bażi lokali u internazzjonali. Ron qalilna li għandna nistennew programm ‘ħafif” għall-ġimgħa filgħaxija fejn kulħadd jista’ jieħu gost u jiddeverti. Fil-programm ser ikun hemm banda bl-isem ta’ ‘Ronnies’ li ser ikunu qed janimaw il-programm.
Illejla ‘Serataron’ b’intervisti qosra, logħob differenti mal-parteċipanti u b’ħafna kurżitajiet.
