Bil-Filmat: "Salvaw Lil Ibni F'Mumenti Serji" – Errol Sammut Wara Tlett Sigħat Diffiċli

Il-kantant Errol Sammut xeħet filmat tal-kelb li qed irabbi wara tlett sigħat operazzjoni. 

Bħal kull sid ieħor Errol kien jinsab inkwetat żgur f’dawk il-mumenti sakemm kollox jidher li kien suċċess hekk kif aktar kmieni l-kelb jidher miexi qawwi u sħiħ. “Tnax-il siegħa wara qam jimxi waħdu madwar id-dar qisu għadu kif qam minn raqda fil-fond”.





Errol jirringrazzja lit-tim mediku kollu li ħa ħsieb lill-kelb tiegħu fil-mumenti serji tal-operazzjoni – “Nixtieq nirringrazzja personalment lil waħda mill-eroj veri, Dr. Christa Spiteri, talli salvatli lil ibni f’ mumenti serji”. 

Aħna ninsabu kuntent għal Errol u nittamaw li l-kelb tiegħu jibqa’ sejjer għall-aħjar f’saħħtu!

Facebook/ Errol Sammut/ Airport Impressions



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI