Waħda mix-xewqat li kellha fuq il-famuża bucket list tagħha Sarah Zerafa kienet li tiżfen fix-xita mal-maħbub tagħha, mal-persuna li għaliha tqisu bħala s-soulmate tagħha. Fl-aħħar irnexxielha taqta’ din ix-xewqa. Hi kitbet, “Bucket List: Biex niżfen fix-xita mas-soulmate tiegħi. Għamiltha!”
Hi tħeġġeġ lis-segwaċi tagħha sabiex jagħmlu l-istess, tant hu hekk li tgħid, “Ittaggja ħabib / soulmate li tixtieq tagħmel dan miegħu/magħha. Tant kuntenti li qbadna dan il-mument b’filmat. Mument ta’ ferħ pur. Kultant kull ma għandek bżonn xejn ħlief li tiżfen fix-xita.” Li tiżfen fix-xita tagħtik sens ta’ libertà.
Hawn xi ħadd li dan kien jew qiegħed fuq il-bucket list tiegħu? Dawk li għamluha kif tiddeskrivu din is-sensazzjoni?
View this post on Instagram
Facebook / Sarah Zerafa