Bil-Filmat: "Se Jiġu Installati Bollards Ġodda Madwar It-Triq Arterjali Tal-Marsa Magħrufa Bħala It-Telgħa Tal-Kavallerija" – Transport Malta

Fuq il-paġna uffiċjali Transport Malta ħabbret li fil-jiem li ġejjin, fit-toroq arterjali tal-Marsa se jitwaħħlu bollards, sewwa sew qabel it-triq magħrufa bħala t-telgħa tal-Kavallerija.

“Fil-jiem li ġejjin, fit-toroq arterjali tal-Marsa ser jitwaħħlu bollards qabel it-triq magħrufa bħala t-telgħa tal-Kavallerija. Dan ser isir biex ma jkunx hemm qlib ta’ lanes f’daqqa li jistgħu jwasslu għal inċidenti jew konġestjoni ta’ traffiku. Għalhekk ippjana fejn ser tasal minn qabel biex it-traġitt tiegħek ikun sigur għalik u għal kulħadd.”

Ejjew nagħmlu l-parti tagħna biex ikollna sewqan sigur fit-toroq tagħna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI