Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo lbieraħ fuq il-mezzi soċjali tiegħu kiteb, “Dalwaqt inkun fi triqti lejn Brussell għall-Kunsill tal-Ministri, fejn se jkolli laqgħat importanti mal-Kummissarju Christophe Hansen kif ukoll mal-Kummissarju Costas Kadis.”
Hu spjega, ‘Għall-ewwel darba fl-istorja tas-settur tagħna, se ntella’ mozzjoni importanti sabiex ninforma lill-Kunsill tal-Ministri dwar il-ħsarat u l-effetti li ħallew il-maltempata Harry u s-silġ fuq is-settur agrikolu u tas-sajd.”
Ma’ dan iżid, “F’dan il-kuntest, se nitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tassisti lil Malta permezz ta’ fondi speċjali, bil-għan li jiġu indirizzati dawn il-ħsarat u jingħata l-appoġġ meħtieġ lill-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna.”
Facebook / Anton Refalo