Ħafna jgħidu li l-kanzunetti li jindaqqu fil-Knisja ma jogħġbuhomx. Ġieli anke meta kanzunetta tkun ser traqqadna, kif ngħidu bil-Malti pur, ngħidu ‘qisha tal-Knisja’. Kanzunetta partikolari li ssoltu tindaqq waqt xi quddies, ilbieraħ indaqqet ġo klabb f’San Ġiljan, u nġibed filmat li ttella’ mis-sit ONE news.
Is-sit juru dal-filmat fejn flimkien ma’ ritratt ta’ Ġesù qed tinstema l-kanzunetta Sidi Ġesù ġewwa l-klabb. Kulħadd jidher li jafha bl-amment u jinstemgħu ikantaw dawk preżenti.
Din taf tkun xi ħaġa li ħa toħloq polemika fuq il-midja soċjali.