Bil-Filmat: "Spiċċajt Depressed Ħafna… Is-Solitudni Qatt Ma Ridtha…" – Shasha Fabri Tiftaħ Qalbha

Shasha magħrufa għall-irtokk u mhux l-ewwel darba li rajnieha taħdem fuq uħud mill-aqwa kantanti u atturi li għandna f’pajjżna. Is-Sibt li għadda hi kienet waħda mill-mistiedna ta’ Ryan fuq il-programm Sibtek.

Shasha fetħet qalbha dwar l-isfida li kellha tiġġieled minħabba l-Covid. Dawk kollu li jafu lil Shasha jafu li hi ma tieqafx, dejjem għaddejja minn ħaġa għall-oħra. Waqt l-intervista tgħid li x-xogħol għaliha hu mediċina u f’daqqa waħda waqaf kollox.

Hi tistqarr li dan kien xokk għaliha tant u hekk li spiċċat tiġġieled is-solitudni. Issa li rritornat lejn ix-xogħol qed tħossha aħjar imma mit-8 ta’ Marzu ‘l quddiem kien żmien xejn faċli għaliha. Dan għaliex hi tilfet il-kuntatt man-nies kollu. Ara x’kellha xi tgħid ma’ Ryan. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI