Waqt Illum ma’ Steph, il-preżentatriċi Stephanie kellha magħha lil Vanni Pule, il-magician magħruf u maħbub immens minn kulħadd.
Stephanie aċċettat li tesperjenza waħda mill-wirjiet tiegħu, fejn xabla tidher għaddejja minn ġo għonqha. Meta tkun qed taraha hi tassew intensa, u biex tkompli żżid, inkludew anke mużika intensa li kompliet qanqlet l-atmosfera.
Hi stqarret magħna li kienet taf b’li ħa jiġri, u b’fiduċja lejn Vanni aċċettat li tagħmilha minnufih. Il-mistoqsija hi din – inti kieku tafdah lil Vanni u taċċetta li tagħmel din il-wirja?