Bil-Filmat: Stilla Tal-Porn Tifflertja Ma' Keith Demicoli U Jispiċċa Joħdilha Ritratt Mingħajr Ma Jaf!

Il-ġurnalist Keith Demicoli kien intervistat fuq l-istazzjon tar-radju Vibe FM waqt il-programm ‘The Morning Vibe’. Il-preżentaturi tal-programm staqsewh fuq mument partikolari li ġralu. 

Fl-2007 kien l-Ukrajna u kienu 200 żgħażugħ u żagħżugħa, Keith jgħid li, “Waħda mill-isbaħ żgħażagħ li kien hemm ħelwa, kienet mir-Rumanija. Kien jisimha Maria,… ma’ din it-tfajla dejjem kien ikun hemm xi seba’ u għaxar ġuvintur f’daqqa”. 

Keith jistqarr li ma kellu l-ebda nteress li jmur u joqgħod jiflertja magħha. Dak iż-żmien kien diġà mal-mara tiegħu Alexia. Kollox ġara fl-aħħar lejl. “Laqqgħuna u fuq tal-linja biex imorru lura għal-lukanda, ġiet fuqi u qaltli, ‘int dejjem kont serju f’dawn it-tlett ijiem'” jgħid Keith. Mhux hekk, talli din Maria riedet tipprova n-nuċċali ta’ Keith. Għajjien mejjet għax kellu vjaġġ twil, Keith dar u ta n-nuċċali. Ma kinitx kuntenta bin-nuċċali biss, riedet lil Keith joħdilhom ritratt. 

L-istorja waqfet hemm iżda meta l-mara ta’ Keith kienet qed tqalleb ir-ritratti u rat dan ir-ritratt partikolari bdiet tistaqsih minn fejn kien ġej! Isma’ x’qaltlu… 





Xħin Alexia marret tfittex min kienet din Maria fuq l-internet, tiskopri li kienet pornstar popolari fir-Rumanija. Timmaġina lil Keith Demicoli f’dik is-sitwazzjoni? 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI