Jidher li fi tmiem il-ġimgħa l-kast ta’ Min Imissu? ingħaqad mill-ġdid hekk kif bdew bil-preparamenti tal-istaġun li jmiss. Min jaf min ħa jispiċċa vittma tagħhom din is-sena? Huma kienu qed jieħdu xi ritratti għal promozzjoni u Abigail Mallia marret live minn wara l-kwinti!
Fil-filmat live kellna ċ-ċans naraw karattri li qatt ma rajniehom qabel u Abigail introduċiethom fil-qasir. Jidher li l-istaġun li jmiss ħa jkun aktar ikkulurit minn dak ta’ qablu, b’karattri li ħa jkomplu jnisslu tbissima u jgħaddu l-botti lill-mistiedna preżenti.
Aħna ħa nħallukom tgawdu tomgħa żgħira ta’ dak li għandkom tistennew fl-istaġun li jmiss.