Probabli l-aktar talent differenti li qatt tista’ timmaġina li ser jidher waqt Malta’s Got Talent. Guiseppe jiftaħ l-għaġina u jilgħab biha qisha mhux hu! Imma jirnexxilek tagħmel bħalu?
Guiseppe ġie eżatt xħin il-ġurija tagħna jaqbadom il-ġuħ, u talabhom biex ikellmuh bit-Taljan! Mar-rittmu tal-mużika Guiseppe beda jdawwar l-għaġina fl-arja! Il-ġurija jidhru li ħadu pjaċir għax ivvutawlu 4 ‘Iva’.