Bil-Filmat: Tagħlaq Sninha Josephine Mahoney! U Llum Kien Il-Bidu Ta' Rwol Ġdid Għaliha!

L-attriċi bravissima Josephine Mahoney llum għalqet sninha! L-attriċi u preżentatriċi li rajnieha u għadna narawha f’ħafna produzzjonijiet għalqet 89 sena. Ħafna ħallewlha l-messaġġ tagħhom għall-okkażjoni fosthom anke atturi li tant ħadmu magħha. 

Josephine dal-aħħar kienet parti mill-produzzjoni Nostalġija wkoll li qed tixxandar kull nhar ta’ Tlieta fuq TVM. Apparti minn hekk propju llum Josephine bdiet l-irwol tagħha tan-Nanna Jo waqt is-sensiela Aqrali Storja Nanna! Illum ixxandar l-ewwel episodju fejn bdiet b’storja li tant hi għal qalb ħafna; It-Tliet Qżieqeż u l-Lupu bil-ġuħ

Minn qalbna nawgurawlha l-isbaħ xewqat! Tistgħu ssegwu l-episodju tal-lum HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI