Bil-Filmat: Taqbadhom Il-Covid-19 U Joħorġu Kanzunetta Reali Biex Ifakkru Dan L-Episodju

Fourth Fret hija band lokali li tul dawn l-aħħar xhur żewġ membri tal-band spiċċaw pożittivi għall-Covid-19! Huma malajr dawru din l-esperjenza f’waħda pożittiva hekk kif iddeċidew li joħorġu l-kanzunetta Bella Ciao bil-Malti u b’hekk il-kanzunetta ġie jisimha Kwarantina.

Il-kanzunetta żgur li ħa tnisslilkom tbissima fuq fommkom u dawk li kienu pożittivi jew inkella spiċċaw li kellhom bżonn jagħmlu kwarantina żgur li ħa jifhmu l-kliem ta’ din il-kanzunetta għax hija esperjenza li għexu huma wkoll!

Insomma ħa nħallukom tgawdu l-kanzunetta Kwarantina ta’ Fourth Fret!





Facebook / Fourth Fret



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI