Bil-Filmat: "Taqtax Qalbek… Għax Jekk Taqta' Qalbek Int Se Nitilfu L-Bastun Tagħna" – Janice Busuttil B'Aħbar Li Ma Xtaqitx Li Jkollha

Fil-jiem li għaddew, Janice Grech u John Busuttil, qasmu aħbar mas-segwaċi tagħhom fuq il-paġna ta’ Ilwien. Sfortunatament ma kinitx l-aħbar li xtaqu jaqsmu, Janice mbikkma qalet li t-tieni prova ta’ IVF ma kinitx ta’ suċċess.

Din żgur li ma kinitx l-aħbar li xtaqu li jkollhom. Il-koppja tkellmu kemm-il darba dwar il-fatt li jixtiequ li jkollhom wildt flimkien u qed jagħmlu minn kollox sabiex dan ikun possibbli. Huma anke għaddew suġġerimenti ta’ kif is-sistema tista’ titjieb u tagħmilha aktar faċli għall-koppji lokali sabiex il-proċess ta’ IVF ikun iktar aċċessibbli, faċilitat u anke tiżdied il-possibilità li l-koppji jinqabdu tqal.

Janice tapprezza l-kuraġġ ta’ koppji oħra li għaddejjin mill-istess proċess. Hi tistqarr li ħafna qalulha biex ma taqtax qalbha hi, għax jekk tagħmel dan huma “jitilfu l-bastun” tagħhom.

Kif ħadu din l-aħbar, John mill-ewwel qal lil Janice biex jerġgħu jipprovaw. Hi ħa tkun qed tagħmel xi testijiet u jimxu minn hemm. Aħna f’isem Gwida.mt, nawgurawlhom minn qalbna li x-xewqa tagħhom issir reali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI