Ftit tal-ħin ilu, il-Kaboċċ ħareġ live fuq Facebook fil-grupp tiegħu u ta’ ommu. Hu ħareġ live mill-istudjo ta’ FITam fejn ħa jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu fuq it-televiżjoni lokali. Andreana u Melanie Kelly ingħaqdu miegħu għal ftit ħin ukoll.
Hu beda jgħid li jinsab eċitat u kif bdew ikellmuh u anke Melanie Kelly issuġġeriet li forsi jtellgħuh ftit fuq ir-rota li għandhom fuq is-sett tal-programm, il-Kaboċċ jgħid, “Telqitli l-arja kollha li għandi.” Biex jiċċajta anke jibda jirtogħod.
Insomma aħna ħa nħallukom ssegwu l-filmat billi tidħlu HAWN. Awguri Kaboċċ, ninsabu ċerti li ħa jkollok debutt mill-aqwa u Andrean u Melanie ħa jkollhom mistieden maħbub ħafna man-nies.