Bil-Filmat: Tewmin Bniet Li Twieldu Maqbudin Flimkien Jaraw Lil Xulxin Għall-Ewwel Darba Wara Intervent Mhux Tas-Soltu

Fuq Youtube ġie ppubblikat filmat ta’ tewmin bniet ta’ sena li twieldu mqabbdin minn rashom jaraw lil xulxin għal ewwel darba. Huma twieldu f’Awwissu tal-2020. 

L-aħwa bniet ta’ sena li twieldu mqabbdin ma’ xulxin min-naħa ta’ wara ta’ rashom raw lil xulxin għall-ewwel darba wara li għaddew minn operazzjoni fl-Iżrael li ħadet total ta’ 12-il siegħa.

Sabiex jiġu operati t-tewmin kien hemm xhur ta’ preparazzjoni fosthom inħoloq mudell virtwali 3d tagħhom. Għal din l-operazzjoni ssejħu diversi esperti u tobba kemm mill-pajjiż kif ukoll minn barra. It-tewmin, li isimhom ma nxandarx, qegħdin f’kundizzjoni tajba u qed jirrispondu tajjeb għat-trattament. Kelliem għall-isptar qal li t-tewmin qed jieħdu n-nifs u jieklu waħedhom.

Huwa magħruf li din it-tip ta’ operazzjoni rari saret għall-ewwel darba fl-Iżrael iżda kien hemm 20 każ ta’ dan it-tip madwar id-dinja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI