Bil-Filmat: Tifel Jiġbed L-Attenzjoni Waqt Rapport Tat-Temp – Ara Daqsxejn X'Għamel!

Jidher li waqt xandira diretta tar-rapport tat-temp ġewwa l-Ingilterra, tifel li kien preżenti fil-bajja f’South Shields fejn inġibed il-filmat, taha wirja bla ma kienet mistennija minn wara l-preżentatriċi. 

Dan beda jgħolli l-flokk u jiżfen waqt li Jen Batram kienet għaddejja bir-rapport tat-temp. Fil-fatt din it-trasmissjoni kienet unika u ġabet tbissima fuq fomm kulħadd, inkluż Jen innifisha, l-istess persuna li kienet qed tħabbar ir-rapport tat-temp. Jidher li għoġobha x-xogħol hekk kif xerrdet dan il-filmat darbtejn fuq Twitter.

Araw naqra x’wirja ta dan iċ-ċkejken!

radiotimes.com/ news







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI