Filmat li ssoprenda ħafna nies u tista’ tgħid li f’dawn l-aħjar jiem spiċċa jdur fuq il-mezzi soċjali hu ta’ mara barra minn xtutna li sabet ors fuq il-ħajt tal-bitħa tagħha. Hi kellha l-klieb hemm li milli jidher bdew jipprovaw jieħduha mal-ors sakemm dan kien donnu ħa jagħti s-salt għalihom.
Il-mara tidher toħroġ tiġri u timbotta lil dan l-ors minn fuq iċ-ċint li kien jinsab fuqu filwaqt taqbad wieħed mill-klieb u tidħol tiġri ‘l ġewwa. Jidher biċ-ċar li l-mara rreaġixxiet mingħajr ma tant ħasbet x’qed tagħmel, imma din ir-reazzjoni waslet biex salvat il-klieb tagħha. Żgur li kienet ġennata li seta’ kellha konsegwenzi ferm agħar.
Facebook / NowThis