Bil-Filmat: Timmaġina Tisma L-Innu Tal-LIverpool Waqt Il-Quddies? Dan Il-Qassis Għamilha!

Fr Tobin, il-qassis li jidher f’dan il-filmat li qed idur fuq l-internet għadu kemm għamel xi ħaġa mhux tas-soltu. Waqt il-quddies dar fuq l-artal u tefa’ l-innu tal-Liverpool, ‘You’ll never walk alone’.

Fr Tobin li hu mil-Irlanda jissaporta lil LIverpool u feraħ lit-tim għas-suċċess glorjuż li wara 30 sena ser jgħollu t-tazza tal-Premier League. Dan il-qassis faħħar lill-parruċċani għall-isfors li għamlu matul il-pandemija qabel ma daqq l-innu tat-tim. Qal, “Dawn ma kinux żminijiet ordinarji, iżda straordinarji”. 

X’tagħmel kieku qed tisma’ din il-quddies?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI