Ftit ġimgħat ilu L-MP Robert Arrigo kellu jiddaħħal l-isptar b’urġenza fejn anke spiċċa fl-ITU. Malta u Għawdex talbu kemm felħu biex joħroġ imfejjaq u jsalva, u ħafna kienu li tant kienu ferħanin jarawh lura mal-familja. Madankollu ħadd ma basar minn xiex kellu jgħaddi.
Robert jitkellem mat-tim ta’ NETLIVE fejn jitkellem għall-ewwel darba dwar l-esperjenza tal-biża’ li għadda minnha meta ddaħħal fl-ITU. “Tisma’ lill-infermiera jgħidu ‘ħa nitilfuh lil dan’… mhux esperjenza sabiħa, orribbli.” Robert jgħid li meta nduna li kien ħażin, “tlabt lill-familja ma jħalluniex immut, u lill-konsulent ukoll… issir qisek tarbija.”
Robert isostni li dawn huma esperjenzi li trid tgħaddi minnhom biex verament tkun taf.