Filmat li lbieraħ itella’ fuq TikTok u ħasad bosta nies sab ruħu fuq il-midja soċjali. Il-filmat juri grupp ta’ ġuvintur żgħar mexjin għall-affari tagħhom fejn fid-daqqa u l-ħin, joħroġ ġuvni ieħor u jagħti daqqa ta’ ħarta fuq ras wieħed minnhom minn wara.
Omm wieħed mill-ġuvintur ikkonfernmat li dan kollu kien ċajta. Hi tinsab imweġġa’ wara li kien hemm bosta kummenti li saru biex jiġġudikaw. Iċċarat li flimkien ma’ omm it-tifel l-ieħor ikkonfermaw ġewwa d-depot li kienet biss ċajta.