Bil-Filmat: Tiżvela X'Qed Jiġri Barra Minn Xtutna Dwar Il-Covid-19

Filmat li ħareġ ftit tal-ġimgħat ilu ġibed l-attenzjoni tagħna u ta’ ħafna nies hekk kif il-filmat rawh aktar minn 4.5 miljun persuna. Xi tgħin Lena Kay, li tgħix l-Amerika iżda b’familja Ingliża li ġibed l-attenzjoni ta’ miljuni ta’ nies?

Fil-filmat li lkoll tistgħu tarawh hawn taħt, Lena titkellem dwar kif meta miet missierha, fuq iċ-ċertifikat tal-mewt tiegħu tefgħu li r-raġuni tal-mewt tiegħu kienet il-Covid-19. Lena tispjega li missierha kien ilu snin marid bil-kundizzjoni magħrufa bħala alzheimer disease, skont it-tobba kellu jmut snin ilu iżda minħabba riċerka li għamlu rnexxielhom itawlulu ħajtu.

Hi tistaqsi għala qed issir dan, għax taf ukoll b’każ ta’ ħabib ieħor tal-familja li miet b’attakk tal-qalb iżda r-raġuni ta’ mewtu tniżżlet bħala Covid-19 fuq iċ-ċertifikat tal-mewt. Tajjeb nagħmluha ċara li dawn huma każijiet barra minn xtutna. Lena tistqarr li tajjeb wieħed jistaqsi u jinforma ruħu sew dwar kull sitwazzjoni.

Dan kollu jgħin biex int tasal għall-konklużjoni tiegħek, forsi ‘l bogħod minn dak li jkun qed jintqal. Kemxejn xokkanti iżda dan li tiżvela għax mingħajr ma trid tibda tistaqsi, x’inhu n-numri vera. Jekk dan kollu hu minnu, mela n-numru ta’ mwiet huwa inqas minn dak li hu maħsub u magħruf b’mod uffiċjali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI