Bil-Filmat: "Togħma Żgħira Ta' Dak Li Għexna F'Jum Iż-Żwieġ Tagħna" – Quinton Scerri Dwar It-Tieġ Tiegħu u Ta' Kerstyl

Wara l-ġurnata speċjali ta’ nhar il-Ħadd li għadda Quinton Scerri qasam l-emozzjonijiet li qed iħossu hu u Kerstyl l-għada taċ-ċelebrazzjoni speċjali. “Ġurnata mimlija emozzjonijiet sbieħ u eċitanti!” Hu rringrazzja lil kull min kien parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-pass importanti li għamlu fir-relazzjoni tagħhom hu u Kerstyl. “Grazzi lil kull min bil-farka jew bil-ħafna tiegħu għamel din il-ġurnata tant sabiħa! Grati għal dawk kollha li ingħaqdu magħna u kienu parti mill-bidu ta’ vjaġġ sabiħ ‘il quddiem.”

Illum Quinton fuq il-midja soċjali qasam filmat ta’ dik il-ġurnata, fejn jidhru mumenti żgħar mit-tieġ. Minn xħin waslet Kerstyl fuq l-altar ħdejn żewġha saċ-ċelebrazzjonijiet u d-divertiment li kellhom waqt il-festin! 

Xi ġmiel ta’ filmat dan! Awguri minn qalbna mill-ġdid!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI