Danett Agius kienet waħda mill-mistiedna waqt Kuxjenza li jmiss. Danett, omm ta’ tarbija li għall-ewwel qalulha li ħa jitwieled u mhux se jgħix. Tirrakkonta l-mumenti diffiċli meta waqt scanning bdew jgħidulha r-riżultati ftit, ftit, per eżempju, dwar qalbu.
Madanakollu, binha Trevor għex, minkejja l-biżgħat li kien hemm qabel it-twelid. Aktar tard kienet saritlu operazzjoni ta’ erba’ xhur.
Danett titkellem dwar dak li għaddiet minnu u l-istorja ta’ binha Trevor f’Kuxjenza li se jixxandar is-Sibt fil-17.30 fuq TVM+