Il-ġurnata tal-bieraħ, il-Prim Ministru ddeskrivieha bħala ‘L-isbaħ ġurnata’ li kellu f’dawn l-aħħar xhur. Hu kien akkompanjat ma’ Naomi l-ġurnata sħiħa fejn attendiet il-laqgħat, iltaqgħet mal-ministri, inawguraw proġett u ntervistat lil Prim Ministru wkoll!
“Din l-esperjenza kollha wrietni li għalkemm Malta għamlet passi kbar ’il quddiem fil-qasam tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, għad fadlilna ħafna x’inbiddlu biex b’mod prattiku s-soċjetà tiftaħ beraħ il-bibien tagħha għall-persuni b’diżabbiltà. Għalkemm it-triq mhix faċli, aħna impenjati li nibqgħu niġġieldu l-ostakli tal-preġudizzji u nsaħħu l-prinċipju tal-ġustizzja soċjali f’pajjiżna” jikteb il-Prim Ministru.
Fil-filmat, il-Prim Ministru jistqarr li filgħodu l’hena tiegħu jisma’ 89.7 Bay għax iżżomulu kumpanija u jferħuħ ftit. Tista’ taħseb kemm ħadu gost Daniel u Ylenia!