Fuq il-programm Awla ta’ nhar il-Ħamisli ġej ser ikun qed jiġi diskuss il-propjetà u l-problema li qed jinqalgħu lill-klijenti llum il-ġurnata. Luke Dalli flimkien mal-panel tiegħu ser ikunu qed jiddiskutu; il-propjetà f’Malta għoliet? Kulħadd jaffordjaha? Min qed jibni l-propjetà kif qed jassigura li qed joffri propjetà sigura?
Ser tkun qed tissemma wkoll l-istorja ta’ Mariah, it-tifla li tagħti sehemha fil-maratona ta’ Puttinu Cares u ommha. Fil-fatt il-problema tagħhom hi x-xiri tal-propjeta. “Wara 13-il sena li fieqet mill-kanċer, Mariah u ommha għandhom inkwiet fuq moħħhom li qasmu magħna.”
Il-panel ser tkun magħmula minn Andre Callus, Conrad Sultana, Deborah Schembri, Lionel Mckay u Karl Azzopardi. Segwi aktar il-Ħamis fit-20:35.