Bil-Filmat: Wara 42 Sena Fl-Edukazzjoni – L-Iskola Tagħti Tislima Emozzjonanti Lis-Sur Dimech

Il-komunità tal-SMC Erin Serracino Inglott Middle School f’Bormla sellmet lil wieħed mill-Viċi Kapijiet tagħha, is-Sur Dimech, hekk kif qed jirtira wara 42 sena ta’ servizz fil-qasam tal-edukazzjoni. F’mument mimli emozzjoni, studenti u membri tal-istaff inġabru flimkien biex jagħtuh tislima speċjali u jirringrazzjawh tas-snin twal ta’ dedikazzjoni tiegħu lejn l-istudenti u l-iskola.



L-istudenti ffurmaw kurituri tul il-binja tal-iskola fejn ċapċpu u sellmu lis-Sur Dimech waqt li għadda minn bejnithom, bħala sinjal ta’ rispett u apprezzament għall-ħidma tiegħu matul dawn is-snin kollha. Wara, saret ukoll laqgħa mal-iskola kollha fejn ġie ċċelebrat dan il-mument b’xi ħaġa ħelwa f’ġieħu.



“Grazzi Sur Dimech, u nawgurawlek l-isbaħ xewqat għall-irtirar tiegħek!” kitbet l-iskola fil-messaġġ tagħha. Il-messaġġ u l-filmati tal-mument qanqlu emozzjoni fost ħafna, b’numru ta’ persuni jfaħħru d-dedikazzjoni tiegħu lejn l-edukazzjoni u l-impatt pożittiv li ħalla fuq ġenerazzjonijiet ta’ studenti.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI