Fuq il-profil tiegħu, Matthaeus tefa’ li ħa jiggradwa minn Manchester Metropolitan University, fejn kiseb Baċċelerat fl-Isports u x-Xjenza Fiżika. Dan ovvjament huwa suċċess ieħor mill-isbaħ, li ħafna kienu li ferħulu għalih.
Madanakollu, ftit ilu Matthaeus waqt li wera l-apprezzament tiegħu, xtaq jaqsam messaġġ aqwa li tgħallem minn din l-esperjenza. “L-ebda degree u l-ebda ittri wara l-isem mhu ħa jgħallmek daqs kemm tgħallmek il-ħajja fil-verità”.
Mill-ġdid nawgurawlu aktar suċċessi fil-waqt li naqblu perfettament ma’ li qal u j’Alla kulħadd jirraġuna aktar b’dan il-mod! Prosit doppja Matthaeus!