Bil-Filmat: X'Esperjenzat Clare Agius Waqt Il-Ġbid Tal-Programm?

Ilbieraħ beda programm ġdid fl-iskeda ta’ ONE bl-isem ta’ ‘The Local Traveller’. Clare Agius ser tkun qed iddawwarna f’postijiet interessanti madwar Malta. Fl-ewwel programm daħlitna ġewwa t-tempji tal-Mnajdra kmieni filgħodu. Apparti minn dawn ħaditna ġewwa l-Maqluba, fejn kienet daqsxejn avventuruża… Segwi l-filmat: 



<!– Advert ends in 0 seconds –> Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Tempju uniku fid-dinja mibni bi preċiżjoni fejn ix-xemx tgħaddi direttament ġot-tempju. In-neolitiċi użaw ix-xemx biex ikunu jafu liema perjodu tas-sena jkun. Clare waqt il-programm ħadet gost tisma’ barrani jitkellem b’tant passjoni dwar dawn it-tempji hekk sbieħ. 





The Local Traveller kull nhar ta’ Erbgħa, fit-8:30 ta’ filgħaxija b’repetizzjoni s-Sibt fit-3:00pm fuq ONE. Il-ġimgħa d-dieħla Clare ser teħodna Kemmuna u ser narawha taħt lenti differenti!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI