Bil-Filmat: X'Kellu Xi Jgħid Drinu Dwar L-Istedina Ta' Boris Johnson Biex Jiġi Fuq Il-Bajjiet Maltin?

Dalgħodu Drinu mar live sabiex jirriklama l-programm li ħa jsir illejla. Hu żamm l-appuntament tiegħu mal-Maltin u Għawdxin li jsegwuh bil-ħerqa. Fost is-suġġetti li ħa jiġu diskussa llejla nsibu l-famuż kumment ta’ Boris Johnson u l-istedina biex meta jkun Malta jmur ġirja mal-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli.





Jidher li Drinu din ħadha bħala stedina uffiċjali. Hu jgħid, “li saħħa insulenta lil Malta ħa nistednuh fuq il-bajjiet ta’ Malta. Jien għalija biex nistieden bniedem li offenda lill-Maltin u nistiednu għalija ħa jiġi vaganza Malta…”.



Hu jispjega li jekk dan ħa nħallsulu aħna, flus bi flus aħjar imorru għal xi ħadd li għandu bżonn. Hu jispiċċa jdawwar is-suġġett dwar is-safar li jsir minn diversi diplomatiċi. Illejla niskopru aktar fid-dettall ta’ x’jaħseb eżatt Adrian fuq il-famuż Boris Johnson u dak li qal dwarna.

Facebook / Adrian Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI