Bil-Filmat: X'Qed Turi Għall-Ewwel Darba Ira Losco?

Ftit tal-ġimgħat ilu, l-arstista ħabbret li qed tistenna t-tieni tarbija tagħha u ftit tal-ħin ilu, xeħtet filmat qasir u verament ħelu fejn uriet għall-ewwel darba dik li hi magħrufa aħjar bħala baby bump.





It-tarbija li qed tistenna l-kantanta ħa tkun it-tieni wild għaliha u żewġha Sean. L-aħħar darba li rrappreżentat lil Maltha fil-Eurovision Song Contest kienet tqila b’Harry. Ilkoll niftakru l-mument ikoniku hekk kif lestiet il-wirja tagħha b’Walk On Water, meta misset żaqqha.

Mument ħelu mmens. Harry jista’ jgħid li tela’ fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest! Min jaf jekk it-tarbija l-ġdida hux ħa jkollha ċ-ċans tgawdi minn xi palk kbir f’xi spettaklu li mdorrijin naraw lil Ira fih!?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI