Bil-Filmat: Xeni Mis-Sensiela Ġdida Mistennija – CASA Ċelestina

CASA Ċelestina Logo

It-tim lokali Inka Media Productions mis-sena d-dieħla ser iwasslilna sensiela ġdida, bl-isem CASA Ċelestina, taħt id-direzzjoni tal-bravissimu Desier Debono.

Din is-sensiela tiġi wara s-suċċess TA’ GERIT, li dderiġieh Desier ukoll. “Drama ġdida għal familja KOLLHA! B’kitba u direzzjoni ta’ Desier Debono u b’uħud mill-aqwa atturi ta’ Malta. MINN JANNAR fuq TVM,” jikiteb it-tim ftit ġimgħat ilu.

Huma niedew filmat li juri diversi xeni minn din is-sensiela mimlijin emozzjonijiet differenti. Lesti għal din il-produzzjoni ġdida?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI