Wara sajf kiefer ta’ nixfa kbira il-pajjiż esperjenza l-ewwel xita tiegħu wara żmien twil. Kien qed jiġi mħabbar li jaf ikun hemm ħalba xita iżolata llum u fil-fatt hekk ġara.
Diversi lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta esperjenzaw ħalbiet tax-xita. F’ċertu mumenti, ix-xita bdiet nieżla bil-qliel.
Lokalitajiet fit-tramuntana u fin-nofsinhar tal-Gżejjer Maltin madankollu kellhom ġurnata normali tas-sajf mingħajr interruzzjoni minn xita tant meħtieġa.