"Bil-Ħila Ta' Share The Love With ALS… Erġajt Sibt Lili Nnifsi" – Claire Bonello Henwood

Claire Bonello Henwood, mhux personalità iżda tħobb tgħin lill-proxxmu u hi tirrakkonta episodju importanti li tassew kellu influwenza pożittiva fuqha!

Hi tisqarr, “Jien Ikolli grinta kbira biex ngħinu lil Bjorn Formosa u kieku nista’ mmur dejjem għax kieku tafu kemm inħossni tajba li naf li ma nistax infejqu imma qed ngħinu jaqta’ xewqtu biex tinfetaħ din it-tieni dar li hi ferm ikbar. Allura Bjorn ħa jkun jista’ jgħin iktar nies li għandhom il-marda tal-ALS u Neurological.”





Hi tiftaħ qalbha u tirrakkonta episodju personali mmens, “Din ħa ngħidha pubblikament… qas biss jaf Bjorn! Meta miet missieri kont ħażin ħafna… bil-ħila ta’ Share the Love with ALS ġewwa s-Sede l-Isla, b’festa kbira ta’ mħabba għal Dar Bjorn, erġajt sibt lili innifsi… ġejt f‘tiegħi… u bdejt ngħid jien nista’ ngħin… avolja ma nistax infejjaq…”

Hi żammet kliem li kien qallha tabib partikolari f’moħħha, “Għax darba tabib tad-daddy qalli tfejqu ma tistax imma tgħinu tista’… u baqgħet ittambrata ġo moħħi.” Claire ħa tkun qed tirrispondi t-telefon flimkien ma’ għadd ta’ voluntiera oħra u hi tħeġġeġ lil kulħadd biex jgħin.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI