“Bil-Lest” – L-Attur Lokali Karl A Schembri Jigradwa Bil-Masters Fil-Film

Karl A Schembri

Lil Karl A Schembri ċertament li kulħadd jafu bħala attur f’diversi produzzjonijiet televiżivi u teatrali. Fost l-aktar karattri li għamlu suċċess fit-televiżjoni Maltija, jibqa’ l-karattru li ħadem hu f’Deċeduti, ta’ Ċiċċo.

Dan l-aħħar qed narawh fost l-oħrajn fis-sensiela ġdida Il-Kliem Moħbi, fejn qed jaħdem il-karattru ta’ ġurnalist.

Karl kiseb suċċess ieħor fil-karriera tiegħu hekk kif għadu kemm gradwa bil-Masters fl-Istudju tal-Film. Hu qasam ritratt meħud fil-gradwazzjoni, u kiteb, “Bil-lest.”

Bosta kkummentawlu biex jifirħulu għal din il-kisba. Prosit kbira Karl!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI