“Billi Tkun Omm Jew Single Parent U Tkun Iżżomm Ruħek U Tieħu Ħsieb Tiegħek Innifsek Ma Tagħmel Xejn Ħażin” – Belle

Dalgħodu Belle qasmet messaġġ pożittiv ferm mas-segwaċi tagħha u aħna ħsibna li nwassluh lilkom ukoll! Belle kitbet, “Billi tkun omm jew single parent u tkun iżżomm ruħek u tieħu ħsieb tiegħek innifsek ma tagħmel xejn ħażin sakemm dejjem lil uliedek iżżommhom sew u ma jkun jonqosom xejn.”

Hi kompliet tistqarr, “nipprova nkun pożittiva kemm nista’ f’dan iż-żmien iebes għal kulħadd. Nagħmlu kuraġġ u nobdu lill-awtoritajiet dejjem għax jekk mhux ħa niġbdu ħabel wieħed m’aħniex ħa nirbħu lil dan il-misħut virus. Il-ġurnata t-tajba lilkom kollha.”

Dejjem tajjeb li wieħed jieħu ħsieb lilu nnifsu u jżomm ruħu! Kultant meta nkunu għaddejjin minn żmien diffiċli anqas nirrealizzaw ċertu affarijiet! Belle tibqa’ pożittiva u taqsam din il-pożittività mas-segwaċi tagħħha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI