Tal-għaġeb! Astronawt Franċiż jirnexxielu jieħu ritratt tal-gżejjer Maltin mill-ispazju. Hu jikteb dwar li nnota n-nuqqas ta’ dwal bil-lejl, u juri kemm impressjona ruħu bix-xena meraviljuża ta’ pajjiżna.
“Malta bil-lejl, jew għallinqas il-gżejjer abitati. Il-gżejjer iżgħar diżabitati m’għandhom l-ebda dawl bil-lejl u għalhekk jingħaqdu mal-Mediterran – ħlief meta l-qamar ikun mimli u jirrifletti fuq il-baħar, iva qed inħossni poetiku llejla.”
Thomas Pesquet innota port partikolari li qed jispikka fix-xenarju. “Il-port ħieles fin-nofsinhar tal-gżira qed jixgħel sew.”