Bir-Ritratt: Liem Kienet L-Ewwel ‘Xarabank’ Għawdxija Fl-1925?

Fil-verità, it-trasport bil-vetturi ma tantx ilu magħna, għalkemm illum il-ġurnata tista’ tgħid li kulħadd għandu xi tip ta’ vettura. Interessanti kif per eżempju Għawdex rat l-ewwel ‘xarabank’ tagħha 95 sena ilu biss, f’Jannar ta’ 1925.

“Din kienet Ford Chassis impurtata minn Detroit fl-Istati Uniti minn Loreto Xuereb, immigrant Għawdxi li rritorna lura f’Lulju tal-1924.”





“Għall-ewwel, Xuereb sab reżistenza u ostilità mis-sidien tal-karozzini Għawdxin, li ħassew li din il-forma ġdida tat-trasport kien ta’ theddida għall-eżistenza u l-għajxien tagħhom,” kitbet il-paġna It-Temp Madwarna fuq Facebook.

“Din kienet tmur mir-Rabat (Victoria) sal-Port tal-Imġarr, biex twassal l-Għawdxin li kienu jaħdmu f’Malta (u lura).”

Facebook/It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI