Bir-Ritratti: Bosta Bajjiet Mimlijin – Id-Dipartiment Tal-Informazzjoni B'Appell Ieħor

Id-distanza soċjali tibqa’ l-aktar restrizzjoni mportanti, nkunu fejn inkunu. Id-Dipartiment tal-Informazzjoni qasam appell ieħor rigward dak li qed ikun hemm fil-bajjiet f’pajjiżna. 

Għalkemm inqatgħu l-avvenimenti fejn ikun hemm massa kbira ta’ nies, xorta jidher li hawn ammonti kbar ta’ persuni li qed jinġemgħu fil-bajjiet tagħna. Madanakollu wieħed jista’ jara anke mir-ritratti distanza soċjali kif għandha tkun u jeħtieġ li dan jibda jidher f’kull bajja.

“Id-distanza soċjali tibqa’ waħda mill-miżuri ewlenin u essenzjali fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Covid-19. Għandna nibqgħu nsegwu din il-miżura. Gawdu s-sajf iżda żommu attenti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI