Hekk kif waqfu l-programmi televiżivi għas-Sajf, ma jfissirx li waqaf ix-xogħol! Fil-fatt, diġa bdew il-preparamenti għall-programm Family Affair ta’ Eileen Montesin u t-tifla tagħha Christine Haber.
Fuq il-paġna tal-programm fuq Facebook ġie miktub: “It-tħejjija għar-ritorn ta’ Family Affair f’Ottubru bdiet b’sessjoni ta’ rrekordjar ta’ kanzunetta fl-istudjo ta’ Augusto Cardinali. Ma nistgħux nistennew biex naqsmu aktar magħkom kollha!!”
Min jaf x’għandna nistennew għal Ottubru li ġej? Jgħidu li min jistenna, jithenna!
Facebook/Family Affair